|
Huwa dmir tagħna li nfakkruk f'artiklu 101 tal-Kodiċi Kriminali fejn hu miktub li:
Kull min bil-ħsieb li jagħmel ħsara lil xi persuna, jakkuża lil dik il-persuna quddiem awtorita' kompetenti b’reat, filwaqt li jkun jaf li dik il-persuna hija innoċenti, għall-fatt biss li jkun akkużaha, jeħel, meta jinstab ħati:
(a) il-piena ta’ priġunerija minn tlettax sa tmintax-il xahar, jekk l-akkuża falza tkun ta’ delitt suġġett għall-piena akbar mill-piena ta’ priġunerija għal żmien sentejn;
(b) il-piena ta’ priġunerija minn sitt xhur sa disa’ xhur, jekk l-akkuża falza tkun ta’ delitt suġġett għall-piena mhux akbar mill-piena ta’ priġunerija għal żmien sentejn, iżda li ma jaqax taħt il-pieni tal-kontravvenzjonijiet;
(c) il-piena ta’ priġunerija minn tlitt ijiem sa tliet xhur, jekk l-akkuża falza tkun ta’ kull reat iehor.
Meta d-delitt isir bil-ħsieb ta’ estorsjoni ta’ flus jew ħwejjeg ohra, il-piena tiżdied grad.
Jekk jogħġbok agħfas il-kaxxa biex tikkonferma li qrajt u fhimt din id-dikjarazzjoni.
|